Raġel ndarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident fi Triq l-Ewropa r-Rabat Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel, Tork ta’ 31 sena, waqa’ minn għoli wara li żelaq hu u jħott xi materjal minn fuq trakk.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura neċessarja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.