Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Misraħ Forok, ir-Rabat.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, raġel ta’ 52 sena u residenti s-Siġġiewi, waqa minn fuq scaffolding għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Tim mediku u Membri mill-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel fuq il-post u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għal iżjed kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Jindarab gravi wara li waqa’ minn għoli fir-Rabat
