Raġel ta’ 62 sena residenti l-Isla weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs minn fuq scaffolding.
Dan seħħ illum, għall-ħabta tal-10.00a.m., fl-inħawi ta’ Manoel Island, il-Gżira. Jidher li f’dak il-ħin ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq dgħajsa.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.