Friday, November 15, 2024

Jindarab serjament f’inċident fl-Imsida

Aqra wkoll

Taljan ta’ 32 sena residenti Tas-Sliema weġġa’ serjament f’inċident bil-mutur.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-ħabta tal-4.00a.m. wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Piaggio, u waqa’.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport