Thursday, December 26, 2024

Jindarab serjament f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 22 sena sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3.30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li s-sewwieq kien qiegħed isuq meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura Mazda Demio u baqa’ dieħel f’ħajt u struttura li kien hemm fit-triq.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku li assistew liż-żagħżugħ sakemm seta’ jittieħed l-isptar għall-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport