Rumen ta’ 36 sena sofra ġrieħi serji wara li weġġa’ waqt li kien qed jaħdem fuq sellum f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.00p.m. fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.