Raġel li għandu 41 sena u residenti Santa Venera sofra ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-22.45p.m., il-Pulizija ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li għall-ħabta tat-8.30p.m., kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li aktar kmieni, għall-ħabta tas-2.00p.m. ir-raġel, li kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Sir Paul Boffa, Wied il-Għajn, waqa’ madwar sular.
F’dak il-ħin ir-raġel ma marx l-isptar imma iktar tard hu beda jħoss uġiegħ kbir, ċempel għal ambulanza u ttieħed l-isptar.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha rigward il-każ.