Aktar kmieni għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fil-Qasam Industrijali tal-Marsa.
Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel, li l-identità tiegħu għadha mhijiex magħrufa, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġewwa fabbrika.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.