Friday, December 13, 2024

Jindarab waqt xogħol ta’ manutenzjoni fuq trakk f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol fi Triq il-Belt Valletta f’Ħal Għaxaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi f’idejh waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq trakk.

Huwa ngħata l-ewwel assistenza medika fil-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investgazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport