Friday, December 13, 2024

Jindarbu tliet persuni f’inċident fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Tliet persuni weġġgħu f’inċident li seħħ aktar kmieni illum, għall-ħabta tas-1.15p.m., f’Misraħ Karlu Diacono, iż-Żejtun.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żabbar, mara ta’ 23 residenti Marsaskala u tifel ta’ 5 snin, sofrew ġrieħi kawża ta’ nirien li ħakmu l-karozza Honda Accord li kienu fiha kawża ta’ xi ‘flares’.

Il-vittmi ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei.

Il-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji, it-tifel bi ġrieħi gravi u r-raġel bi ġrieħi ħfief.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport