L-applikazzjonijiet għal Mużika Mużika huma ufċjalment miftuħa u b’hekk qed jittellaq proċess mill-isbaħ li se jwassal għas-sitt edizzjoni tal-festival se jsir bejn id-19 u l-21 ta’ Marzu 2026.
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi elettronikament fuq issit muzikamuzika.mt sad-19 ta’ Settembru 2025 jew f-ufċini ta’ Festivals Malta fl-Furjana bejn it-18 u d-19 ta’ Settembru 2025.
Dan hu frott il-ħidma kontinwa tal-Gvern favur il-kultura u l-identità tagħna. Inħeġġu lill-kreattivi tagħna biex jieħdu sehem u jkomplu jsaħħu l-vuċi mużikali ta’ pajjiżna.
Bħal kull sena, il-festival Mużika Mużika se jkompli jtejjeb il-livell tiegħu biex ikompli jofri pjattaforma għal kompożizzjonijiet bil-Malti.
Waqt din l-istess ċerimonja ġew ukoll preżentati t-trofej lill-artisti rebbieħa tal-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Il-kanzunetta rebbieħa kienet “Stajna Konna Aħna”, interpretata minn Jamie Cardona, b’kliem ta’ Jamie Cardona u Aleandro Spiteri Monsigneur, u mużika ta’ Jamie Cardona, Aleandro Spiteri Monsigneur u Shaun Farrugia.
Fit-tieni post ġiet il-kanzunetta “Tiegħek Jien” interpretata minn Brooke bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Brooke Borg u Cyprian Cassar, flwaqt li t-tielet post intrebaħ minn “Perfett” interpretata, miktuba u mmużikata minn Pamela Bezzina.
Ingħataw ukoll it-trofej għall-Aħjar Interpretazzjoni lil Lisa Gauci għall-kanzunetta “Aħjar”, u għall-Aħjar Arranġament Mużikali lil Ryan Paul Abela għall-istess kanzunetta.
L-entitajiet rispettivi jirringrazzjaw lill-artisti kollha tas-sehem tagħhom fl-festival, flwaqt li jawguraw lir-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena