Friday, January 2, 2026

Jinġabru €1,556,453 waqt il-festa ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza

Aqra wkoll

Għall-poplu Malti u Għawdxi, l-ewwel jum tas-sena reġa’ kien turija ta’ ġenerożità lejn id-Dar tal-Providenza, espressjoni ta’ solidarjetà li waslet biex tinġabar is-somma ta’ €1,556,453 waqt il-Festa ta’ Ġenerożità.

Fi tmiem il-maratona, Mons. Martin Micallef, Direttur tad-Dar, irringrazzja lill-poplu kollu għall-kontribut kbir li ta lid-Dar tal-Providenza f’din il-maratona. “Dan l-ammont jimlina bl-entużjażmu, bil-kuraġġ, bid-determinazzjoni li nkomplu nagħtu l-aħjar lill-persuni b’diżabilità li jgħixu fid-djar residenzjali li toffri d-Dar tal-Providenza.” 

Waqt il-maratona, l-Onor. Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, f’isem il-Gvern Malti, ippreżenta d-donazzjoni ta’ €25,000 mill-Fond tal-Kawżi Soċjali. 

Bħalma ġara f’dawn l-aħħar snin, għadd sabiħ ta’ parroċċi f’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali lejlet l-ewwel tas-sena u fl-ewwel tas-sena li mbagħad ġew ippreżentati lid-Dar tal-Providenza f’isem il-komunitajiet parrokkjali. Il-Parroċċi ta’ Għawdex ġabru €41,560.

Bħas-soltu, il-Festa ta’ Ġenerożità xxandret minn taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Ix-xandir tal-maratona beda b’quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fid-9.30 a.m. fil-kappella tad-Dar u baqgħet sejra sa nofsilejl.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport