Tuesday, October 22, 2024

Jinġabru 7,000 vawċer li ngħataw lil cat feeders

Aqra wkoll

B’kollox inġabru 7,000 vawċer li fl-aħħar ġimgħat ingħataw lil cat feeders madwar il-pajjiż. Dawn inħabru minn 68 Kunsill Lokali.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Janice Chetcuti fil-Parlament.

Il-Minsitru Refalo qal li s’issa ġew imsarrfa ‘l fuq minn 2,386 vawċer fuq is-sistema elettronika. Stqarr li “Din il-figura tista’ ma tkunx preċiża għax jista’ jkun hemm dewmien sakemm l-operaturi ekonomiċi jtellgħu l-vawċers rispettivi fuq is-sistema elettronika ta’ monitoraġġ u validazzjoni tal-vawċers, u allura dawn ma jkunux aġġornati b’mod immedjat.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport