Il-Qalb tal-poplu Malti u Għawdxi hija kbira wisq hekk kif fi ftit sigħat nġabru aktar minn 12,500 ewro wara li l-familja Bonavia tilfet kulma kellha wara li nħarqitilha d-dar.
Kien għall-ħabta tan-12.30am meta residenza fil-limiti tal-Imdina spiċċat meqruda kważi għal kollox konsegwenza ta’ nirien li s’issa għadu mhux magħruf kif tqabbdu.
Il-familja tirringrazzja lil dawk kollha li offrew donazzjoni u anke persuni li offrew li jagħmlulhom xi xogħolijiet fid-dar.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu mill-ewwel fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien kif ukoll uffiċjali tal-pulizija li bdew jinvestigaw.