Saturday, December 27, 2025

Jinġabru aktar minn 5 miljun ewro b’risq l-Istrina

Aqra wkoll

F’maratona ta’ 12-il sena ta’ ġbir ta’ fondi b’risq L-Istrina nġabru aktar minn ħames miljun ewro. 

Ftit wara t-tokki ta’ nofsinhar, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono fetħet it-30 edizzjoni tal-Istrina. L-ewwel donazzjon waslet mingħand il-Prim Ministru Robert Abela f’isem il-Gvern Malti fejn offra s-somma ta’ 100,000 ewro.

Għal ftuħ tat-30 edizzjoni tal-Istrina li saret fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, jakkumpanjaw lill-President ta’ Malta kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg u Sarah Bajada u l-Arċisqof Charles Scicluna.

Fid-diskors tagħha l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono rringrazzjat lill-Prim Ministru Robert Abela għad-donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund. Irringrazzjat ukoll lil kull min jgħin, kemm permezz ta’ telefonati u donazzjonijiet, kif ukoll dawk li matul is-sena kollha jaħdmu biex L-Istrina tkun avveniment ta’ suċċess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport