Missier Noah li kien tilef ħajtu traġikament fix-Xagħra Għawdex ħabbar li miċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ ibnu kienu nġabru €10,684.46.
“Fil-jiem li għaddew għamilna appell, Joanna u jien, sabiex flok fjuri ssir għotja lil Voice for Inclusion Gozo Association.
Il-fjuri xorta ntbagħtu, u ta’ dan nirringrazzjaw lil kull min bagħathom. Konna bla kliem waqt iċ-ċelebrazzjoni u wara.
Imma ħaġa sabiħa li ngħidu li l-ġabra totali hi ta’ €10,684.46.
Nafu fiċ-ċert li din l-assoċjazzjoni se tiddisponi minn dawn il-flus għall-aħjar ta’ ħafna tfal Għawdxin u anki Maltin, li ma jsaqsu xejn ħlief li jkunu bħall-ħaddieħor minkejja d-diffikultajiet tagħhom. Din l-assoċjazzjoni tgħin lilna wkoll.
Noah, Noah. Fejn ħrabtilna? Kif għidt qabel, Noah tana ħafna u naħseb u nispera li jibqa’ jtina.
Maħbub għal dejjem” kiteb Simon Mizzi.