Saturday, December 21, 2024

Jinġabru €6,700 minn BBQ annwali għad‑Dar tal‑Providenza

Aqra wkoll

Is‑somma rekord ta’ €6,700 inġabret matul BBQ tas-sajf li jsir kull sena b’risq id‑Dar tal‑Providenza organizzat minn Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb għal aktar minn dawn l‑aħħar għaxar snin.

Waqt l‑attività, Fr Martin Micallef, id‑Direttur tad‑Dar, irringrazzja l‑organizzaturi, volontiera, sponsors u lil aktar minn 100 persuni u qraba li attendew għal dan il‑BBQ għal ġbir ta’ fondi u għenu finanzjarjament għal din il‑kawża nobbli. Is‑somma miġbura se tgħin lid‑Dar tal‑Providenza li toffri residenza għal persuni b’diżabilità fl‑ispiża li għandha li tlaħħaq għal €13,000 kuljum.

L‑isponsors ewlenin kienu Prime Ltd., C. Camilleri & Sons, Ron Axisa, Welbees Naxxar, The General Soft Drinks Co. Ltd., Farsons Direct, Heir & Loom, Bristow Potteries, VCT Lighting, Provita, Rausi & Co. u Gordon Portelli ta’ Pitkali Malta.

Dan il‑BBQ ma kienx possibli li jsir mingħajr l‑għajnuna imprezzabbli tal‑familja u l‑ħbieb li għenu fil‑loġistika u fit‑tisjir.

Fir-ritratt: Pierre Vella Petroni u Anne Marie Xuereb jippreżentaw id-donazzjoni lil Fr Martin, direttur tad-Dar tal-Providenza

Ekonomija

Sport