Saturday, November 23, 2024

Jinġabru €8,000 għall-għaqdiet tal-annimali mill-kunċert li sar fil-Palazz tal-Girgenti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Nighat at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali.

Waqt li rringrazzjat lill-Malta Philharmonic Orchestra għat-twaqqif ta’ dan l-avveniment mużikali memorabbli, Dr Abela qalet li hija konvinta li dawn il-fondi se jintużaw bl-aħjar mod possibbli, u fejn l-aktar li huwa meħtieġ minn dawn l-NGOs, li jaħdmu b’qalbhom kollha lejn soċjetà li jinteressaha mill-ħarsien tal-annimali.

Il-mara tal-Prim Ministru saħqet li x-xogħol tagħha se jkompli jiffoka fuq oqsma li jtejbu l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, fost oħrajn permezz ta’ proġetti innovattivi għat-tisħiħ tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.

Sport