Sunday, December 22, 2024

Jinġabru ‘l fuq minn 50 xirja b’risq persuni fil-bżonn f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru, il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa b’kollobrazzjoni mal-għaqdiet soċjali tal-lokal u l-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) organizzaw attività tal-Halloween b’differenza fejn minflok ħelu, inġabru xirjiet u ikel għal persuni fil-bżonn. F’inqas minn tliet sigħat inġabru ‘il fuq minn 50 xirja b’ikel varjat u sustanjuż.

Id-donazzjonijiet miġbura se jkunu qed jiġu mqassma minn rappreżentanti tal-Foundation for Social Welfare Services fil-jiem li ġejjin. Matul is-sena kollha il-Kunsill Lokali joffri s-sala tal-komunità li tinsab fil-binja tal-kunsill stess fejn rappreżentanti tal-FSWS jqassmu ikel għal minn hu fil-bżonn.

Il-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa Josette Busuttil saħqet li din l-attività turi kemm hi kbira l-ġenerożità ta’ dan il-lokal. Filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li offrew id-donazzjonijiet tagħhom, sostniet biex min hu fil-bżonn m’għandux għalfejn jibża’ jfittex l-għajnuna.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa Scott Camilleri saħaq li bħala lokal irridu nkomplu naħdmu sabiex ngħinu lil minn hu fil-bżonn fil-lokal tagħna, b’inizjattivi bħal dawn nkunu qegħdin ukoll inqajjmu kuxjenza fuq ir-realtajiet xejn sbieħ li dawn in-nies jkunu qed jgħixu fihom. Temm jgħid li bħala kunsill se jkomplu jaħdmu sabiex jinħolqu aktar servizzi u skemi li jgħinu lil dawk fil-bżonn.

Ekonomija

Sport