Il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħakien wieħed impenjattiv għall-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni fil-Belt Valletta.
Dan hekk kif inġabru madwar ħames tunnellati ta’ skart minn Pjazza San Ġorġ u t-toroq tal-madwar, fejn kien hemm iċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena l-ġdida. B’din il-ħidma wasslet biex kull min daħal il-Belt Valletta l-Erbgħa filgħodu sab it-toroq nodfa.
Żar lil dawn il-ħaddiema waqt il-lant tax-xogħol, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield, li rringrazzjahom tal-ħidma tagħhom biex il-Belt Kapitali tinżamm nadifa.