Saturday, April 20, 2024

Jinġabru mal-15 borża ta’ skart f’San Pawl il-Baħar

Organizzati clean-ups regolari fil-lokal

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Għal dawn l-aħħar ġimgħat għadd ta’ voluntiera flimkien mal-Viċi Sindku ta’ San Pawl il-baħar, Carlos Zarb, bl-għajnuna tal-Kunsill lokali, organizzaw  numru ta’ inizjattivi ambjentali bil-għan li jikkumbattu l-problema tal-iskart li għandna f’pajjiżna. 

Il-Viċi Sindku tal-lokal, Carlos Zarb,  tkellem ma’ dan is-sit fejn stqarr li, “mhijiex xi sigriet li l-lokalità tagħna tbati ħafna mill-problema ta’ skart.” Madankollu, dawn ma’ qatgħux qalbhom u qed jagħmlu clean-up kull ġimgħatejn. Parteċipi magħhom hemm il-Kunsill Lokali li qiegħed jipprovdi ilma, pickers ingwanti u aktar fost l-oħrajn li jiffaċilitaw dan il-proċess. 

Jidher li tul dawn il-clean-ups inġabru ammont sostanzjali ta’ skart goff u fl-aktar clean-up riċenti inġabru mal-15-il borża sewda mimlija skart. Il-kunsillier żagħżugħ appella għal aktar responsabiltà u biex in-nies iħammġu inqas.

Zarb saħaq li dawn il-clean-ups mhumiex biss ta’ benefiċċju għall-ambjent tal-madwar iżda huma t’opportunità għall-kommunità biex jingħaqdu lkoll flimkien filwaqt li joħolqu kuxjenza fuq l-iskart li jiġi mormi ta’ spiss. 

Sport