Kmieni dalgħodu il-gżira Taljana ta’ Sqallija viċin tal-ajruport ta’ Palermo inħakmet minn nirien kbar u kawża t’hekk l-ajruport kellu jagħlaq.
Inizjalment in-nar beda ‘il fuq mill-belt ta’ Cinisi u eventwalment resaq lejn it-tarf tal-Ajruport Falcone Borsellino. Għalhekk dan kollu, wassal sabiex tittieħed deċiżjoni mill-awtoritajiet fejn ġe deċiż li għalissa jitwaqqfu t-tijiriet
Bħal Malta, Sqallija qed taffaċċja temperaturi għoljin. Dan hekk kif, fl-aħħar jiem mewġa ta’ sħana qawwija laqtet sew li n-Nofsinhar tal-Ewropa.