L-akbar suq tal-ikel f’Beijing kellu jingħalaq mill-awtoritajiet wara li ġew identifikati numru ta’ każi ta’ Coronavirus fost il-ħaddiema.
Is-suq ta’ Xinfadi, li jinsab fil-belt kapitali Ċiniża u li fih hemm mal-4,000 bejjiegħ, ġie magħluq dalgħodu wara li nstabu seba’ każi fl-aħħar jumejn.
Dawn kienu l-ewwel każi trażmessi lokali li ġew ikkonfermati f’Beijing fl-aħħar 50 ġurnata.
Is-suq u l-inħawi tal-madwar se jiġu diżinfettati.