Thursday, December 26, 2024

Jingħalqu l-bibien tal-McDonalds fir-Russja… stmat telf ta’ €45 miljun fix-xahar

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-katina ta’ ristoranti famuża u mifruxa mad-dinja kollha tal-McDonalds ħabbret li l-prezz qares li se tħallas biex tipprotesta għall-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna huwa ta’ xejn inqas minn €45 miljuni fix-xahar. 

Il-kumpanija ħarġet din l-istima ta’ telf fil-bejgħ hekk kif ħabbret li minkejja li għalqet temporanjament ir-ristoranti tagħha fis-super potenza, hija se tkompli tħallas il-pagi tat-62,000 impjegati tagħha fir-Russja.

McDonalds għandu 847 ristoranti fir-Russja li huma proprjetà tiegħu. Din il-katina tal-fast food kellha pressjoni kbira biex turi l-pożizzjoni tagħha dwar id-deċiżjoni ta’ Moska li tinvadi lill-Ukrajna u kien għalhekk li ftit tal-ġranet ilu ħadet il-pass li tagħlaq il-bibien tagħha fir-Russja. Uħud mill-kompetituri ewlenin tal-McDonalds, inkluż il-KFC, segwew dan il-pass.

Il-kumpanija qalet li r-ristoranti tagħha fir-Russja u fl-Ukrajna jiġġeneraw madwar 9% tad-dħul globali tagħha.

Ekonomija

Sport