Wednesday, December 25, 2024

Jingħaqdu 111 infermier ġdid fis-servizz tas-Saħħa Pubblika

Aqra wkoll

111 infermier ġdid bdew ħidmiethom mas-servizz tas-Saħħa Pubblika iktar kmieni din il-ġimgħa. Minnhom, 89 huma żgħażagħ li għadhom kif iggradwaw mill-Università ta’ Malta, filwaqt li 22 iggradwaw mill-Università ta’ Northumbria.

Waqt żjara lil dawn l-infermiera ġodda fl-Isptar Mater Dei, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li l-iżjed riżorsa importanti għas-servizz tas-saħħa hi r-riżors uman. Huwa fakkar li fl-aħħar tliet snin ġew ingaġġati ’l fuq minn 440 infermier ieħor, immedjatament wara l-gradwazzjoni tagħhom mill-universitajiet lokali, u għalhekk ħeġġeġ iżjed żgħażagħ li tinteressahom din il-professjoni sabiex jagħmlu l-ewwel pass u jibdew it-triq edukattiva tagħhom fil-qasam tal-infermerija.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne awguralhom kull suċċess f’din il-karriera li teħtieġ vokazzjoni kbira, u ħeġġiġhom sabiex ikomplu jispeċjalizzaw f’oqsma differenti.

Ekonomija

Sport