Sunday, November 24, 2024

Jingħaqdu 74 infermier ġdid fis-servizz tas-Saħħa Pubblika

Aqra wkoll

Is-servizz tas-Saħħa Pubblika kompla jissaħħaħ bl-ingaġġ ta’ 74 infermier ġdid. Il-maġġoranza ta’ dawn l-infermiera diġà bdew joffru s-servizz tagħhom lill-Isptar Mater Dei fejn fl-ewwel xhur tagħhom jingħataw l-opportunità li jaħdmu f’diversi oqsma sabiex jakkumulaw esperjenzi differenti fi ħdan is-servizz tas-saħħa.

Waqt żjara lil uħud mill-infermiera ġodda fl-Isptar Mater Dei, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne awguralhom talli temmew l-istudji tagħhom b’suċċess u b’hekk issa jistgħu jipprattikaw dak li stinkaw għalih fis-snin ta’ studju. Huwa ħeġġiġhom sabiex fl-ewwel snin tal-karriera tagħhom jidentifikaw l-oqsma li l-iżjed jinteressawhom sabiex ikomplu jispeċjalizzaw f’dik il-linja.

Il-Ministru Fearne fakkar li l-investiment tal-Istat fl-edukazzjoni ta’ dawn l-infermiera jsarraf f’investiment dirett fil-kura tal-pazjenti u għalhekk ħeġġeġ iżjed żgħażagħ sabiex jagħmlu l-ewwel pass u jibdew it-triq edukattiva tagħhom fil-qasam tal-infermerija.

Sport