Friday, December 27, 2024

Jingħata bidu għal-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

L-44 edizzjoni tal-avventura ta’ 606 mill nawtiku ir-Rolex Middle Sea Race bdiet dalgħodu. 110 jott li jirrappreżentaw 26 nazzjon bdew mill-port il-kbir, l-ekwipaġġ tagħhom jaqbez l- 1000 ruħ li jirrapreżentaw madwar 50 pajjiż.

Sal-1600 CEST, il-MOD70 Limosa bl-ekwipaġġ stellari tagħha mmexxi mill-fundatur tal-Famous Project Alexia Barrier kien qed jagħmel passi kbar fit-tramuntana. Iż-żewġ multihulls l-oħra qed jagħmlu l-almu tagħhom,  iżda is-saħħa ta’ Limosa, qed tinħass.  l-Amerikan Banuls 53 Finn ta’ Jacopo Bracco diġà għadu distakk ta’ 50 mil nawtiku wara Limosa. bit-Taljan Adamas ta’ Aldo Fumagalli 12-il mil oħra lura.

Fil-flotta monohull, il-jott ta’-27m Lucky proprjetà ta’ Bryan Ehrhart (u l-eks rebbieħ ta’ ħames darbiet tal-linja Rambler 88), kien fuq quddiem, qabel Pyewacket 70, il-jott  Volvo 70 modifikat ta’ Roy P Disney għamel mossa kuraġġuża ftit aktar minn siegħa fit-tellieqa biex issepara mill-maxis l-oħra u jmur lejn it-tramuntana. B’madwar 15-il nm lejn it-transitu fil-kantuniera tax-Xlokk ta’ Sqallija, Lucky żammet fuq quddiem b’distakk żgħir fuq l-oħrajn.  Ir-rebbieħ tal-unuri tal-linja tas-sena li għaddiet Leopard 3 jinsab eżatt wara Lucky, b’Bullitt u Paprec Sailing Team (Spirit of Malouen X) mal-ġemb.

Għal darb’oħra, skont it-tracker tat-tiġrija, it-tiġrija tal-familja Podesta li qeda ttellaq fuq il-jott Elusive II, bħalissa qeda fuq quddiem fl-IRC 4.  Fl-IRC5 żewġ jottijiet Unica ta’ Jamie Sammut u Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin qedin jissiltu biex iżommu t-tielet pots tal-ġurnata.   Fl-IRC6, fit-tieni post wara l-jott Taljan Lunatika, hemm Calypso il-jott Malti misjuq minn Seb Ripard u Sam Pizzuto.

Ekonomija

Sport