Saturday, October 26, 2024

Jingħata bidu għall-ewwel jum minn sensiela ta’ strajks mill-għalliema fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Il-jum tal-lum immarka l-bidu uffiċjali tal-azzjonijiet industrijali li kienu skedati għal din il-ġimgħa mill-għalliema tar-Renju Unit.

Eluf ta’ skejjel madwar l-Ingilterra, l-Iskozja u Wales se jkunu qed jintlaqtu minn sensiela ta’ strajks matul dawn it-tlett ijiem, mil-lum u jkomplu fil-jumejn li ġejjin, hekk kif l-għalliema se jkunu qed ikomplu jsemmgħu leħinhom fit-toroq dwar titjib fil-pagi u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll minħabba l-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema.

L-għalliema se jistrajkjaw f’jiem differenti skont f’liema Union qegħdin imsieħba fiha. L-istrajks tal-lum kienu skedati fi wħud mir-reġjuni tal-Ingilterra u l-Iskozja.

Il-midja Ingliża BBC tgħid li fil-15 u s-16 ta’ Marzu li ġej, l-iskejjel kollha tal-Ingilterra u Wales mistennija jkunu magħluqa jekk jibqa’ ma jintlaħaqx ftehim.

Skont il-Midja Ingliża Metro, fl-istrajk tal-1 ta’ Frar li għadda kien hemm 85% tal-iskejjel tar-Renju Unit li għalqu l-bibien tagħhom u iktar minn 100,000 għalliem/a ngħaqdu f’dawn l-azzjonijiet industrijali organizzati mill-Union Nazzjonali tal-Edukazzjoni (NEU).

Sport