Tuesday, October 8, 2024

Jingħata bidu għall-kampjonati Gold u Silver

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella

Fi tmiem il-ġimgħa fil-korsa tal-Marsa kellna laqgħa doppja ta’ tiġrijiet taż-żwiemel, it-33 u l-34 laqgħa tas-sena, b’total ta’ sbatax -il tiġrija tat-trott. Filwaqt li l-Ġimgħa ngħata l-bidu għall-kampjonat Mapfre tal-klassi Silver b’seba’ heats, il-Ħadd beda l-kampjonat Johnnie Walker tal-klassi Gold b’seba heats oħra. Dawn kollha saru fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Mill-heats Gold, 35 żiemel għamluha għas-semifinali. Fl-ewwel waħda, Flash De Celland (Michael Ellul) akkwista t-tieni rebħa staġjonali wara li mar quddiem dawra mit-tmiem. Cruise (Paul Galea) kien kontinwament quddiem matul l-2140m tat-tieni heat Gold. Dan akkwista l-ħames rebħa tas-sena tiegħu.

Fit-tielet heat, protagonist ewlieni reġa kien Paul Galea bit-Taljan Arno Dell’Est. Dan rebaħ faċilment b’aktar minn ħames tulijiet. Kif kien mistenni, Diamant Du Ruel (Jesmar Gafa’) ma falliex milli faċilment jieħu l-ħames rebħa tas-sena u r-raba’ waħda konsekuttiva fir-raba’ heat.

Fil-ħames heat, Duc Du Chene (Miguel Debattista) qabeż lid-debuttanta Hattusa (Kevin Sciberras) f’nofs id-dritta finali. Dear Matrix (Paul Galea) li qasam il-linja finali l-ewwel fi tmiem is-sitt heat, ġie skwalifikat biex ir-rebħa ngħatat lil Ingesson (Charles Camilleri). Fis-seba’ u l-aħħar heat kien id-debuttant Franċiż Espit Chupitos, ukoll misjuq minn Charles Camilleri, li ħasad lil kulħadd b’attakk insidjuż f’nofs id-dritta finali.

Ir-rebbieħa kollha

Il-Ġimgħa

I Tiġrija. P and M Farrugia Qualifier. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Cooper Club (S. Schembri) Ħin – NTR 2. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Cupidon De Bassard (S. Cassar) 4. Coyote Du Relais (M. Farrugia)

II Tiġrija. Heat Kampjonat Mapfre. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Francesco (D. Cortis) Ħin – NTR 2. Andover Heaven (Ch. Camilleri) 3. Fan De L’Iton (J. Attard) 4. Evita d’Estree (A. Farrugia) 5. Atout De Montbrun (R. Gatt)

III Tiġrija. Heat Kampjonat Mapfre. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Forever Ice (N. Barbara) Ħin – NTR 2. Carlos Stephanie (R. Cassar) 3. Diabolo Castelets (A. Magro) 4. Easy De Trouville (A. Grech) 4. A Perfect Lover (C. Gauci)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Mapfre. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cash De Beauregard (J. Bowell) Ħin – NTR 2. Gosse Fredano (N. Baldacchino) 3. Moon Zappa (J. Gafa’) 4. Elegant Frost (Ch. Camilleri) 5. Lee Harvey Bros (P. Galea)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Mapfre. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Summerrazz (P. Galea) Ħin – NTR 2. Epihane (Ch. Camilleri) 3. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) 4. Mad Princess (R. Gatt) 5. Eligo De Loup (S. Schembri)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Mapfre. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Carbonfiber (J. Gafa’) Ħin – NTR 2. Cuenca (C. Farrugia) 3. Dorlando (F. Abdilla) 4. High Hope Laday (E. Bezzina) 5. Mojo Express (G. Calleja)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Mapfre. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gaby (N. Barbara) Ħin – NTR 2. Fira (N. Baldacchino) 3. Hipanema Ellis (Ch. Camilleri) 4. Gamin De Larre (J. Carabott) 5. Gallita (D. Baldacchino)

VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Mapfre. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Conungen TT (R. Gatt) Ħin – NTR 2. Mountainous (M. Bonnici) 3. Embrace IT (Ch. Camilleri) 4. Hanouchka (Cherise Farrugia) 5. Mooney (M. Mifsud)

Il-Ħadd

I Tiġrija. P and M Farrugia Qualifier. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Dardanus (Ch. Degiorgio) Ħin – NTR 2. Doc De L’Ormerie (B. Hili) 3. Baud Breton (N. Baldacchino) 4. Rose Lloyd (D. Farrugia)

II Tiġrija. Heat Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Flash De Celland (M. Ellul) Ħin – NTR 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Floalts Cesna (P. Galea) 4. Forever Du Juan (C. Vassallo)

III Tiġrija. Heat Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cruise (P. Galea) Ħin – NTR 2. Destrier d’Or (R. Magro) 3. Extra Mossa (J. Gafa’) 4. Typhoeus Face (N. Baldacchino) 5. Derby Chevaleraie (S. Vassallo)

IV Tiġrija. Heat Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Arno Dell’Est (P. Galea) Ħin – NTR 2. Felicio Du Joamax (J. Zahra) 3. Bicetre (C. Calleja) 4. Quite E. Wood (Ch. Gauci) 5. Lazy Breeze (E. Mallia)

V Tiġrija. Heat Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – NTR 2. Diza Du Courtille (I. Stivala) 3. Far West De Chenu (R. Gatt) 4. Baladin Du Reynard (N. Baldacchino) 5. Boston Wise L (Cherise Farrugia)

VI Tiġrija. Heat Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Duc Du Chene (M. Debattista) Ħin – NTR 2. Hattusa (K. Sciberras) 3. Excelebration (R. Magro) 4. Everest Dodville (K. Grima) 5. Padron Kloster (J. Attard)

VII Tiġrija. Heat Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ingesson (Ch. Camilleri) Ħin – NTR 2. Dreams Happen (R. Gatt) 3. Eclair Des Vaux (C. Martens – BEL) 4. Darwin La Mesange (I. Stivala) 5. Djado (C. Caruana)

VIII Tiġrija. Heat Tazza Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Espit Chupitos (Ch. Camilleri) Ħin – NTR 2. Ex Aequo De Cosse (J. Gafa’) 3. Diego Du Coudou (R. Gatt) 4. Dolavis (C. Calleja) 5. Happy Love (G. Grech)

IX Tiġrija. P and M Farrugia Qualifier. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Jacpot Visais (Ch. Degiorgio) Ħin – NTR 2. Galys Du Patural (P. Galea) 3. Hip Hop Renardiere (N. Barbara) 4. Hendy D’Auberville (R. Gatt)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport