Saturday, December 21, 2024

Jingħata bidu għas-Summit COP26 fi Glasgow

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dalgħodu ngħata bidu għas-Summit COP26 li se jkun qiegħed jiżvolġi fi Glasgow.

Delegati minn madwar 200 pajjiż minn madwar id-dinja se jipparteċipaw f’dan is-summit li l-għan tiegħu huwa li tintlaħaq mira li tara tnaqqis fl-emmissjonijiet sal-2030.

Ix-xjenzati qegħdin iwissu li jeħtieġ tittieħed azzjoni immedjata u dan hekk kif id-dinja qiegħda tisħon kawża tal-emissjonijiet tal-fossil fuels kkawżati mill-bniedem.

F’dan l-ewwel jum ta’ dan is-summit se jkun preżentat rapport tal-istat tal-klima maħruġ mill-Organizzazzjoni Meterjoloġika Dinija (WMO). F’dan ir-rapport se jkun qiegħed jikkompara t-temperaturi globali din is-sena ma’ dawk fis-snin preċedenti. 

Fid-diskors tiegħu qabel ingħata bidu dan is-summit, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li s-summit se jkun “il-mument tal-verità”. Huwa appella lill-mexxejja kollha biex jieħdu l-massimu minn din l-opportunità.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Malti Robert Abela wkoll tkellem dwar dan is-summit. Huwa qal li hu se jkun il-vuċi li tagħti sinjal ċar li pajjiżna minkejja ċ-ċokon tiegħu lest li jagħmel il-parti tiegħu, iżda li kulħadd irid jingħaqad f’din il-kawża biex tiġi indirizzata l-problema tat-tibdil fil-klima.

Ekonomija

Sport