Wara l-emendi legali li għaddew mill-Parlament riċentement, fl-aħħar jiem il-Pulizija bdiet twettaq testijiet tad-droga fuq is-sewwieqa bħala parti minn impenn kontinwu biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq Maltin u Għawdxin.
Fl-ewwel jiem ta’ dawn it-testijiet, tliet sewwieqa nvoluti f’kollużjonijiet irriżultaw pożittivi għall-użu tad-droga. Barra minn hekk, waqt kontrolli ta’ rutina, instab sewwieq ieħor pożittiv.
Dan is-sewwieq kien fost 70 vettura li twaqqfu l-Ħadd li għadda fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċĊagħaq. Matul dawn il-kontrolli, inħarġu 32 kontravenzjoni għal diversi ksur ta’ regolamenti tat-traffiku, filwaqt li 11-il vettura nqabdu jaqbżu l-limitu tal-veloċità.
Dawn il-kontrolli qegħdin isiru b’mod regolari, f’kull ħin tal-ġurnata, u se jissoktaw fil-jiem u lġimgħat li ġejjin.

