F’Pompeii fl-Italja sar il-funeral tas-Sindku tal-belt – Carmine Lo Sapio – li miet fl-età ta’ 72 sena.
Minkejja li fl-aħħar ġimgħa kien xi ftit ma jiflaħx hu xorta baqa’ jidħol l-uffiċċju biex imexxi l-belt li jżuruha eluf kbar ta’ turisti fis-sena. Iżda hekk kif familjari marru biex jaraw kif ma qamx, hu nstab mejjet fuq is-sodda tiegħu.
Lo Sapio kien maħbub sew mir-residenti u kien ġie elett Sindku tal-belt ta’ Pompett f’Settembru tal-2020.

