Il-ħames laqgħa tas-sena li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa tat il-bidu għall-ewwel kampjonat tal-istaġun. Dan huwa l-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold. B’kollox saru seba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom 35 żiemel għaddew għall-fażi li jmiss.
Il-laqgħa kienet tikkonsisti minn tiġrijiet tiġrijiet tat-trott u fl-ewwel heat Gold, Kasper Trot (Rodney Gatt) żied il-pass fuq in-naħħa ta’ barra 600m mil-linja finali. Dan mar quddiem fl-aħħar metri biex ħa t-tieni rebħa nfila faċilment b’żewġ tulijiet minn Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras) u l-ġdid Franċiż Everest Dodville (Clint Vassallo). Sandsjons Revenue (Charles Camilleri) Edson Boko (David Ellul) għamluha wkoll għas-semi finali.
Id-debuttant minn Franza Eliot Du Louvet (Rodney Gatt) kien l-aktar wieħed veloċi wara li ngħata l-bidu uffiċjali tat-tieni heat mill-istess kampjonat. Madankollu dan ċeda kollox meta l-ewwel żwiemel daru għad-dritta finali tagħhom u nqabeż fost l-oħrajn minn Ami De Clerlande misjuq mill-veteran Għawdxi Julian Farrugia. Ami De Clerlande akkwista l-ewwel rebħa tas-sena minn Dreams Happen (Noel Baldacchino), Chene De Landisacq (Charles Camilleri) u Prinsen One (Mario Farrugia). Abricot Du Bugey (Chris Vassallo) kien l-aħħar żiemel li għamilha għas-semifinali minn din il-heat.
Ta’ min wieħed jinnota li waqt din il-laqgħa ta’ tiġrijiet Rodney Gatt ġie ppremjat bħala l-aħjar sewwieq tal-istaġun li għadda, Cherise Farrugia l-aħjar sewwieqa taħt il-25 sena u John Zammit bħala s-sid ta’ Antoine Du Bourg, l-aktar żiemel konsistenti fl-2002. Din kienet is-sitt sena nfila li Rodney Gatt rebaħ it-titlu tal-aħjar sewwieq tas-sena.
Ġie premjat ukoll is-Sur Alfred Spiteri, segretarju li għal aktar minn ħamsin sena ta servizz lil kull min hu involut f’dan l-isport u li mingħajr dubju jibqa ta’ eżempju għal ħafna nvoluti fl-isport.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Foppa Sisu (R. Gatt) Ħin – 3.24.9” (1.17.6”) 2. Daraghiu Jeep (A. Cassar) 3. Ezior (Ch. Muscat) 4. Edisto Prior (M. Ellul)
II Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Kasper Trot (R. Gatt) Ħin – 2.38.8” (1.14.2”) 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Everest Dodville (C. Vassallo) 4. Sandsjons Revenue (Ch. Camilleri) 5. Edson Boko (D. Ellul)
III Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ami De Clerlande (J. Farrugia) Ħin – 2.39.7” (1.14.6”) 2. Dreams Happen (N. Baldacchino) 3. Chene De Landisacq (Ch. Camilleri) 4. Prinsen One (M. Farrugia) 5. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo)
IV Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Chemsak Vedaquais (J. Said) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Eden Petteviniere (N. Baldacchino) 3. Diamant Du Sam (R. Gatt) 4. Gigaro AM (A. Bartolo) 5. Daldry De L’Ante (M. Debono)
V Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dzarof De Guez (J. Gafa’) Ħin – 2.39.5” (1.14.5”) 2. Caprice De Cosse (C. Vassallo) 3. Be Bop Marceaux (J. Briffa) 4. Appreciated (Ch. Magro) 5. Vangiskan Scott (C. Caruana)
VI Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Darling Atout (J. Farrugia) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Eagle Pass (L. Ghigo) 3. Cimarron (N. Baldacchino) 4. Casino d’Ourville (R. Gatt) 5. Verso De Crennes (R. Magro)
VII Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Akela Play (C. Vassallo) Ħin – 2.40.2” (1.14.9”) 2. Derby d’Urzy (J. Gafa’) 3. Bara Min (C. Gauci) 4. Cash De Beauregard (C. Camilleri) 5. Carhu (R. Magro)
VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. El Gusto (Cherise Farrugia) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. En Toi J’Espere (A. Farrugia) 3. Zio Tom Jet (Ch. Camilleri) 4. Caid Sly (L. Ghigo) 5. Diaz Dairpet (C. Calleja)