Monday, December 23, 2024

Jingħata l-ewwel saff t’asfalt fuq il-flyover biswit l-ajruport

Aqra wkoll

Illum tlesta l-ewwel saff t’asfalt fuq il-flyover li hemm biswit l-ajruport. Dan bħala parti mill-proġett tal-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Intersezzjoni tal-Ajruport (KTAIP) li x-xogħlijiet fuqu mexjin ġmielhom tant li issa daħal fl-aħħar fażijiet tiegħu.

Aktar minn 80% tal-proġett huwa diġà lest. F’Novembru li għadda, l-aġenzija Infrastructure Malta fetħet parti mill-passaġġ ġdid ta’ 200 metru ta’ mina mqatta’ u msaqqfa, li offriet rotta aktar mgħaġġla meta tivvjaġġa lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles u ż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Il-passaġġ ta’ taħt se joħloq rabta aktar sigura bejn il-karreġġjati fin-Nofsinhar u lejn it-Tramuntana ta’ Vjal L-Avjazzjoni u Triq Ħal Far. Din se tippermetti lill-utenti tat-triq, inklużi vetturi tqal, li jivvjaġġaw minn u lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles u ż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far, biex jaqbżu r-roundabout. Il-passaġġ ta’ taħt huwa pjanat li jitlesta sal-aħħar ta’ Jannar 2023.

Ekonomija

Sport