Saturday, December 21, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest l-uffiċjal tas-sigurtà li allegatament spara fuq immigrant li pprova jaħrab minn Ħal Safi

Aqra wkoll

Akkużat li allegatament ipprova joqtol lil Abdulrahman Abdullah u li ġarr arma tan-nar mingħajr liċenzja

Darren Bonello uffiċjal tas-sigurta ta’ 30 sena stazzjonat fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu tat-18 ta’ Settembru allegatament spara fuq immigrant u allegatement ipprova joqtol lil Abdulrahman Abdullah li pprova jaħrab mill-istess ċentru u li kkawża ġrieħi lil xi Pulizija. L-uffiċjal tas-sigurtà qed ikun akkużat ukoll li ġarr arma tan-nar mingħajr liċenzja.

Quddiem dawn l-akkużi, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat il-ħelsien mill-arrest lill-uffiċjal tas-sigurtà fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €10,000. L-akkużat huwa mitlub jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa l-għassa u ma jistax joħroġ mid-dar bejn nofsillejl u s-7:00 a.m.

Għall-akkużat dehru Dr Franco Debono u Dr Amadeus Cachia.

Ekonomija

Sport