Wednesday, September 25, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta li ħebb għal martu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena mis-Serbja residenti Wied il-Għajn ingħata lħelsien mill-arrest, wara li fil-Qorti, ammetta li ħebb u kkawża feriti f’wiċċ martu, li tiġi wkoll omm iż-żewġ uliedu.

Il-Qorti semgħet lill-ispettur mit-Taqsima tal-Vjolenza jispjega kif il-pulizija assistew lill-mara tal-akkużat wara li hija sfat aggredita minnu. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Colin Sheldon spjegat ukoll li r-raġel kellu problema ta’ xorb u li darba minnhom seħħ argument bejn l-imputat u martu.

Ġie spjegat li l-agrument skala, tant li ħin minnhom allegatament l-imputat kien qed juża l-forza fuq il-vittma, bil-konsegwenza li martu sofriet minn xi ġrieħi f’wiċċha.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija rċivew telefonata mill-ġirien tal-koppja, fejn spjegaw li semgħu ħafna għajjat ġej mill-appartament tal-akkużat u tal-vittma. Ingħad ukoll li minn risk assessment li sar fuq il-mara, irriżulta li din kienet qiegħda fil-periklu.

Min-naħa tagħha, id-Difiża spjegat li limputat għandu problema kibra ta’ xorb u li minħabba l-istess raġuni inqala argument bejn il-koppja. Il-Qorti nfurmat lill-imputat li s-sentenza ser tingħata fil-jiem li ġejjin.

Sadanittant huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ma jersaqx lejn martu u l-lokalità fejn tgħix, li jiffirma l-għassa tal-Mosta darbtejn fil-ġimgħa u garanzija personali ta’ €5,000.

Il-Qorti ħarget ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport