Sunday, November 24, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta li ħebb għal raġel ieħor f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena mill-Libja residenti l-Imsida ngħata l-ħelsien mill-arrest, wara li tressaq il-Qorti fejn ammetta li ħebb għal raġel f’San Ġiljan, bil-konsegwenza li kkaġunalu ġrieħi gravi.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Michael Vella spjegat li meta l-Pulizija marru fuq il-post, sabu lill-vittma mixħut mal-art u mimli demm. Jirriżulta li qam argument bejn l-imputat u l-vittma u li f’ħin minnhom, l-imputat ta xeba lill-vittma b’kaxxa tal-fliexken.

Fid-dawl tal-ammissjoni, il-Maġistrat Gabriella Vella qalet s-sentenza tal-imputat se tingħata fil-jiem li gejjin. Bi qbil bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża, l-imputat ingħata l-ħelsien mill-arrest.

il-Qorti ordnat lill-imputat sabiex jiffirma tlett darbiet fil-gimgħa ġewwa l-għassa ta’ Ta Sliema flimkien ma’ garanzija personali ta’ €10,000. Il-Qorti ħarget ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

L-imputat kien assistit mill-Avukat Nicholas Mifsud. Għal vittma deher l-avukat Charles Mercieca.

Sport