Sunday, December 22, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li dam miżmum il-lock-up

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena miż-Żejtun tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli madankollu l-avukat tiegħu kkontesta l-validità tal-arrest. Annise Bejaoui tressaq il-Qorti mixli bis-serq ta’ senter u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor.

Il-Maġistrat Demicoli qablet mad-difiża rigward il-fatt li l-imputat inżamm aktar miż-żmien stipulat bil-liġi u għalhekk ħelsitu mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni spjegat li Bejaoui ntlemaħ fuq filmat tal-kameras tas-sigurtà li minn tfittxija li saret aktar tard fir-residenza tiegħu nstabet l-arma misruqa.

Il-każ mistenni jkompli bil-provi mressqa mill-prosekuzzjoni li qiegħda tiġi mmexxija mill-Ispettur Roderick Attard.

Ekonomija

Sport