Saturday, December 21, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li hedded lill-eks mara li talbitu sabiex imorru l-Moskea u jtemmu ż-żwieġ

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 25 sena residenti Wied il-Għajn ingħata l-helsien mill-arrest. Dan wara li tressaq il-Qorti mixli li hedded lill-eks mara tiegħu wara li talbitu jmorru il-Moskea u jtemmu ż-żwieġ.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-vittma għamlet rapport lil żewġha fejn allegat li dan ma qabilx magħha biex imorru l-Moskea flimkien sabiex itemmu ż-żwieġ tagħhom. Intqal ukoll li l-vittma għamlet rapport ieħor hekk kif kienet qed tirċievi xi theddid mingħandu permezz ta’ xi messaġġi

Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Noel Bianco għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba biża ta’ intralċ ta’ provi. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo laqgħet it-talba għal-libertà proviżorja.

Il-Maġistrat Frendo ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma. L-imputat kien infurmat mill-Qorti li jrid joqgħod mal-kundizzjonijiet imposti fuqu, fosthom li jiffirma kuljum l-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, li jiddepożita €500, flimkien ma’ garanzija persunali ta’ €10,000

Ekonomija

Sport