Tuesday, October 22, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li hedded u għamel reżistenza bi vjolenza kontra pulizija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 46 sena residenti r-Rabat Għawdex ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti fejn kien mixli li fost oħrajn hedded u għamel reżistenza bi vjolenza kontra membri tal-Korp tal-Pulizija.

L-inċident seħħ nhar l-14 ta’ Awwissu li għadda għall-ħabta tal-9.45 p.m. fi Pjazza San Franġisk, fir-Rabat Għawdex.

Ir-raġel kien mixli wkoll li m’obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu mill-uffiċjal tal-pulizija, li kiser il-paċi pubblika u li rrenda ruħu reċidiv.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest.

il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Sport