Monday, November 18, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kellu argument ma’ mara u għamillha xi ħsarat fil-karozza

Aqra wkoll

Raġel ta’ 59 sena ingħata -ħelsien mill-arrest, wara li l-Qorti sabitu ħati waqt argument li kellu ma’ mara f’Ħal Qormi, dan spiċċa kissrilha l-ħġieġa tal-karozza, liema spiża tammonta għax xejn inqas minn €200.

Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fis-7 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet. Jirriżulta, li l-akkużat, Ignazio Mifsud, Mifsud u l-vittma kellhom xi jgħidu wara li l-akkużat għadda xi kummenti dwar karta li iben il-vittma waqqa’ fl-art. Ħareġ, li xħin il-vittma bdiet issuq, allegatament l-akkużat kissrilha l-ħġieġa ta’ wara tal-karozza.

Il-Qorti sabet ukoll lil Mifsud ħati li fl-stess inċdent għamel ħafna storbju u li għalhekk kiser il-paċi pubblika. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Simone Grech, tat lill-Mifsud il-ħelsien mill-arrest, fuq diversi kundzzjonijiet, fosthom ġie ordnat sabiex iħallas €200 tal-ħsarat li għamel fl-karozza.

Il-Maġistrat Grech poġġetu taħt ordni ta’ trażżin għal perjodu ta’ sena.

Ekonomija

Sport