Friday, December 13, 2024

Jingħataw 23,085 doża tal-vaċċin lil tfal bejn il-5 u l-11-il sena

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li sat-Tnejn li għadda kienu ngħataw 23,085 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn il-5 u l-11-il sena li minnhom 9,776 ħadu t-tieni doża. 

Huwa qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea fejn spjega wkoll li t-total ta’ tfal fl-isemmija kategorija ta’ età li huma eleġibbli għall-vaċċin huma 32,493. 

Il-Ministru Fearne kien mistoqsi wkoll dwar kemm s’issa kien hemm tfal li ħadu t-tilqima kontra l-influwenza staġjonali. Huwa spjega li din it-tilqima hija awtoritazzata għal tfal ta’ ‘l fuq mill-eta’ ta’ 6 xhur. 

Il-Ministru Fearne qal li sal-aħħar tal-2021, 13,657 tifel u tifla ta’ bejn is-6 xhur u s-16 il-sena ħadu din l-imsemmija tilqima.

Ekonomija

Sport