Sunday, October 27, 2024

Jingħataw aktar minn 800,000 doża tal-vaċċin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Qbiżna t-800,000 doża tal-vaċċin tal-Covid-19.” Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. 

Dan huwa riżultat ta’ programm mfassal li permezz ta’ diversi servizzi, il-poplu Malti u Għawdxi ngħata  diversi opportunitajiet biex jitlaqqam.

Pajjiżna beda l-programm ta’ tilqim mill-anzjani u l-vulnerabbli u minn hemm it-tilqim kompla jingħata lil dawk ta’ etajiet iżgħar, b’dawk ta’ etajiet avvanzati jingħataw prijorità.

Wara li kulħadd ngħata l-opportunità biex jitlaqqam, il-Ministru Fearne ħabbar dwar il-mobile unit li kien se jkun qiegħed ilaqqam mingħajr il-bżonn ta’ appuntament lil dawk li minħabba diversi raġunijiet kienu għadhom ma tlaqqmux. Din l-inizjattiva rat eluf ta’ persuni jirċievu t-tilqima f’tentattiv kollettiv biex inkomplu negħlbu l-pandemija permezz tat-tilqima; li skont il-Ministru nnifsu hija “l-aħjar arma kontra l-Covid-19”. 

Intant it-Tnejn li għadda bdiet tingħata wkoll il-booster dose, proċess li beda ġimgħa qabel il-previst hekk kif dan kien oriġinarjament maħsub li jibda mit-13 ta’ Settembru.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa aċċenna fuq kemm hu importanti li l-iktar persuni vulnerabbli jieħdu l-booster dose sabiex l-immunità tagħhom kontra l-COVID-19 tibqa’ b’saħħitha, speċjalment matul ix-xhur li ġejjin fejn jibda dieħel ukoll l-istaġun tal-influwenza.

Sport