Wednesday, December 25, 2024

Jingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ garanziji wara li ġew akkużati li kkaġunaw ġrieħi lil raġel ieħor

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr. Brigitte Sultana, raġel ta’ 24 sena residenti l-Għarb, Għawdex, u raġel ta’ 31 sena mill-Maċedonja.

L-irġiel ġew akkużati li nhar it- 2 t’ Awwissu,2020, għall-ħabta tas-2:00 a.m, fi Triq il- Port, Żebbuġ, Għawdex, ikkaġunaw ġrieħi ta’ natura gravi lil raġel ta’ 49 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, fost oħrajn.

Iż-żewġt irġiel wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom u ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ garanziji u huma marbuta li jiffirmaw fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Għawdex.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Ekonomija

Sport