Sunday, December 22, 2024

Jingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ġew mixlija li ħebbew għal seħibhom

Aqra wkoll

Tliet Indjani ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ġimagħtejn ilu tressqu l-Qorti akkużati li ħebbew għal Indjan ħabib tagħhom li kien jgħix magħhom fl-Imsida.

Il-każ seħħ meta l-ħabib tagħhom Jomon Savier, waqqafhom milli jkomplu jagħmlu l-istorbju fl-appartament. Ansar Kotheshath ta’ 40 sena, Sony Raphel ta’ 43 sena u Sistus Sebastian ta’ 44 sena kienu akkużati li ħebbew għal ħabib taghhom. Sony Raphel allegatament kien armat b’sikkina.

It-tliet Indjani ingħataw il-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000 Huma jridu jkunu ġewwa bejn il-11.00 p.m. sal-4.00 a.m. kif ukoll jiffirmaw l-għassa kuljum. It-tliet Indjani m’għandhomx permess li jsiefru.

Il-Maġistrat Gabriella Vella ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur Jomon Savier li mhux se jibqa’ jgħix magħhom.

Ekonomija

Sport