Friday, November 15, 2024

Jingħataw kważi 4,000 tilqima kontra l-influwenza u l-Omicron fl-ewwel jum

Aqra wkoll

Ingħataw mal-4,000 tilqima fl-ewwel jum tal-kampanja ta’ tilqim tal-influwenza u l-Omicron.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fuq Twitter fejn appella biex aktar nies imorru jitlaqqmu.

Għall-ewwel ġimagħtejn, it-tilqim se jkun qed jingħata lil persuni li għandhom ‘il fuq minn 55 sena, nisa tqal, ħaddiema tas-saħħa u dawk li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi.

It-tilqim se jkun disponibbli għal kulħadd mill-31 ta’ Ottubru li ġej.

Ekonomija

Sport