Wednesday, January 29, 2025

Jingħataw l-aħħar tislima l-4 persuni li ħadd ma ħa ħsieb jidfinhom

Aqra wkoll

Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex, waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lil erba’ persuni li ħadd mill-qraba jew tal-familja ma mar biex dawn il-katavri jindifnu wara mewthom.

L-Arċipriet Monsinjur Joseph Curmi beda l-omelija tiegħu billi stqarr illi fil-fqir hemm Ġesu u li aħna l-poplu bħala Kristjani għandna pass ieħor, li mmorru lil hinn mis-sempilċi filantropija solidarjetà umana tal-bniedem għax dik għandha l-limiti tagħha. 

Ritratt: Joellson Bezzina

Qal ukoll li l-fqir huwa kull bniedem li b’xi mod idejjaqna jew li b’xi mod is-soċjetà ma għandux post għalih. Tenna li; “Ejjew ma noħorġux minn hawn sempliċiment li għamilna xi ħaġa ta’ ġid u iva ta’ min japreza l-preżenza tagħkom u tas-saċerdoti però irridu nifhmu li l-foqra mhux aħna tajnihom id-don. Dawn huma rigal għalina għax illum laqqawna ma’ Kristu”. 

L-erba’ persuni huma Raymond Balzan, Anthony Borg, Valerie Jean Austin, u Albert Tanti. L-istess parroċċa kienet qalet li minkejja li ma kinux parti mill-komunità parrokkjali ta’ San Ġorġ, dan ma waqqafhomx milli jittrattawhom bħallikieku kienu tal-familja.

Ritratt: Joellson Bezzina

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport