Monday, December 23, 2024

Jinħatar il-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol

Aqra wkoll

ll-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħabbar il-kompożizzjoni tal-Bord għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol skont l-Att il-ġdid li kien approvat unanimament fil-Parlament.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard laqa’ u rringrazzja liċ-Chairperson u l-kumplament tal-membri tal-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol li daħlu għal dan l-inkarigu f’mument fejn is-settur għaddej minn riformi kontinwi intiżi li jkomplu jgħollu l-istandards u l-protezzjoni tal-ħaddiema kollha.

“B’dawn il-ħatriet il-ġodda rajna li jkollna bord b’ħiliet, perspettivi u esperjenzi ġodda, b’tali mod li nkomplu nwettqu dan il-proċess riformattiv f’dan is-settur. Konxji li l-implimentazzjoni tal-Att il-ġdid li daħħalna fis-seħħ wara aktar minn 20 sena mill-aħħar riforma f’dan is-settur jista’ jġib miegħu sfidi ġodda, iżda kommessi li mhux biss indawru dawn l-isfidi f’opportunitajiet u nkomplu nimplimentaw l-impenji tagħna fil-manifest elettorali u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika, imma mmorru pass oltre biex inkomplu ngħollu l-istandards fis-settur,” saħaq il-Ministru Jonathan Attard.

Il-bord ser ikun immexxi mis-sur Pierre Fava wara li ġie approvat unanimament mill-kumitat tal-ħatriet pubbliċi tal-Parlament.

Min-naħa tiegħu s-Sur Fava qal li: “Il-bord għandu rwol ċentrali fis-superviżjoni tal-governanza u d-direzzjoni strateġika tal-Awtorità. Flimkien mal-Kap Eżekuttiv u t-tmexxija amministrattiva tal-Awtorità rridu nassiguraw li b’komunikazzjoni kontinwa nsaħħu l-kollaborazzjoni mal-istakeholders u niżguraw il-konformità mal-obbligi legali u l-prinċipji li jsawru lil din l-istess Awtorità biex nissalvagwardjaw is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol.”

Il-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol il-ġdid se jikkonsisti minn:

Chairperson

Mr Pierre Fava

Viċi Chairperson

Mr Adrian Cauchi

Membri

Ms Dianne Vella Muscat

Dr Zaid Teebi

Mr Dolan Debattista

Mr Victor Carachi

Ms Isabelle Farrugia

Mr Joseph Delia

Mr Andrew Aquilina

Segretarja

Dr Marouska Debono

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport