Friday, November 15, 2024

Jinħatar kordinatur djoċesan għall-ħidma pastorali mal-anzjani

Aqra wkoll

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Simon Sciberras bħala kordinatur djoċesan għall-ħidma pastorali mal-anzjani.

Dun Simon Sciberras twieled Ħ’Attard fl-14 ta’ Ġunju 1969. Irċieva l-edukazzjoni
primarja tiegħu fl-iskola ta’ St Joseph, Tas-Sliema, kif ukoll fil-Kulleġġ Stella Maris,
il-Gżira, fejn kompla wkoll l-edukazzjoni sekondarja. Huwa kiseb l-edukazzjoni
postsekondarja fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, l-Imsida. Dun Simon irċieva
l-formazzjoni saċerdotali fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Simon ġie ordnat saċerdot fit-2 Lulju 1999. Beda l-ħidma pastorali tiegħu
fil-parroċċa ta’ San Ġużepp fl-Imsida fejn serva bħala viċi kappillan għal erbatax-il
sena. Fl-2013 nħatar rettur tal-Knisja ta’ Kristu Rxoxt (Tal-Erwieħ) f’Ħal Tarxien waqt li fl-2018 serva bħala kappillan tal-parroċċa tal-Imsida u mill-2019 sar l-ewwel arċipriet tal-istess parroċċa.

Ekonomija

Sport