Thursday, December 26, 2024

Jinħatru 10 Supretendenti tal-Pulizija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’ċerimonja ppreseduta mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Dr Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà, 10 Spetturi tal-Pulizija ġew ippreżentati bl-ittra tal-ħatra fil-grad ta’ Supretendent tal-Pulizija. Tnejn minn dawn is- supretendenti huma nisa. 

Fid-diskors tiegħu l-Ministru ħeġġeġ lis-supretendenti l-ġodda biex iżommu f’moħħhom l- azzjonijiet kif ukoll l-għanijiet tal-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija waqt ħidmiethom. Dan se jwassal sabiex il-Korp tal-Pulizija jkun wieħed aktar modern u effettiv. Saħaq ukoll dwar l-importanza tal-komunikazzjoni bejn il-Korp tal-Pulizija u l-komunità. “Tridu tfittxu l-issues biex nindirizzawhom kmieni u mhux meta jkunu kibru. Inutli jsiru riformi fil- Korp jekk il-komunità ma tiħux il-frott tagħhom,” qal il-Ministru. 

Il-Kummissarju tal-Pulizija wkoll għamel aċċenn ghall-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni li ġiet imnedija l-ġimgħa l-oħra u ħeġġeġ lis-Supretendenti biex jinkoraġġixxu lil kull membru tal- Korp biex jaħdmu fuq din l-istrateġija u dak li hemm miktub fiha, jiġi trasmess fix-xogħol tagħhom. “Jekk il-poplu jżid il-fiduċja fil-Korp, iktar tħossukom kburin li qed tilbsu l-uniformi. 

In-nies qed jistennew ħidma min-naħa tal-pulizija u għalhekk irridu nuru li l-ħeġġa fix-xogħol tagħna ma tieqafx fi tmiem il-ħin tax-xogħol, iżda tibqa’ għaddejja bla waqfien”, qal il- Kummissarju tal-Pulizija. 

Il-Ministru Camilleri u l-Kummissarju Gafà, awguraw lis-supretendenti l-ġodda għal dan il-pass importanti fil-karriera tagħhom. 

Ekonomija

Sport